Budget 2018

FILMAT: “Nuqqas ta’ strateġija li se tħalli l-poplu mingħajr sens ta’ direzzjoni f’bosta setturi” – UĦM

L-UĦM permezz ta’ Josef Vella qalilna li dwar is-settur tat-trasport, il-pensjoni baxxa u kif ukoll dik tal-importazzjoni tal-ħaddiema. Nuqqas ta’ strateġija li se tħalli l-poplu mingħajr sens ta’ direzzjoni f’bosta setturi.

Hija qalet li tat numru ta’ proposti dwar is-settur tat-trasport fejn fost l-oħrajn jinħolqu numru ta’ parkeġġi ta’ Park & Ride oħra biex il-problema tal-konġestjoni tat-traffiku tiġi mtaffa. Qalet li jista’ mill-ġdid ikun hemm inċentivi biex l-istituzzjonijiet kummċerċjali li jħaddmu joffru huma t-trasport il-ħaddiema.

Dwar l-importazzjoni tal-ħaddiema hija qalet li tinsab inkwetata li fuq dan il-Gvern ma semma xejn, il-għaliex l-abbuż qiegħed jiżdied. Il-Union saħqet li b’nuqqas ta’ reazzjoni ifisser li l-ħaddiem se jibqa’ jbati, u ta’ x’jifhem li qisu dawn il-problemi ma jeżistux.

Dwar saħħa qal li jipretendu li issa l-Gvern iqassam il-ħaddiema f’koperattivi biex tiżdied l-effiċjenza f’dan is-settur.

L-iskema tal-equity release turi kif il-gvern qed jammetti li l-pensjoni tagħna mhux biżejjed u sostenibbli fil-ħajja tal-anzjani tant huwa hekk li qed tpoġġi fil-periferija tal-problema l-propjetà tal-anzjani.