Budget 2018 Lokali

Għat-tielet sena konsekuttiva l-kumpaniji f’Malta qed iħalsu l-ogħla rata’ ta’ enerġija fl-UE – Malta Chamber

Il-Kamra Maltija tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija l-ewwel reazzjoni tagħha saħqet li hemm bżzonn li tiżdied il-kompettitività sabiex jiġu implimentati miżuri b’viżjoni sabiex jiġu żgurati l-impjiegi f’pajjiżna fi snin li ġejjin.

Filwaqt li saħqet li tinsab sodisfatta li l-Gvern laqa’ t-talba tal-kamra sabiex ma jintroduċix taxxi ġodda, hija laqat l-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet konċernati dwar l-ambjent.

Għat-tielet sena konsekuttiva l-kamra qed tinsisti mal-Gvern li l-kumpaniji f’Malta għadhom qed iħallsu l-ogħla rata ta’ enerġija fl-Unjoni Ewropea. Għalkemm fl-2015 ir-rati naqsu, in-natura kompettitiva tal-iswieq internazzjonali waslet għal aktar tnaqqis fi stati oħra. Għaldaqstant il-kamra proponiet numru ta’ miżuri li jgħinu lill-kumpaniji Maltin sabiex jgħelbu t-tariffi għoljin li jħabtu wiċċhom magħhom, fost oħrajn l-introduzzjoni ta’ substations tal-elettriku privati. Il-kamra saħqet li tinsab diżappuntata li għal darb’oħra t-talbiet tagħhom waqgħu fuq widnejn torox.

Dan kollu filwaqt li l-kamra laqat l-introduzzjoni ta’ ġurnata leave żejda fir-rigward tal-festi pubbliċi li jaħbtu fi tmiem il-ġimgħa, madanakollu ċċarat li d-diskussjonijiet għal aktar ġranet leave għadhom għaddejjin mal-korpi kostitwiti.

Il-Kamra sostniet li laqat il-proġett ta’ infrastruttura tal-Gvern li se jinvesti €700m fuq mhedda ta’ 7 snin u lesta taħdem id f’id sabiex tissolva l-konġestjoni tat-traffiku li qed tkidd lil kummerċ, liċ-ċittadini kif ukoll lill-ambjent.

Finalment il-kamra insistiet li ser tkun qed tifli kull miżura li hemm f’dan il-budget li f’dan l-istadju għadha kemmxejn waħda ta’ misteru u għaldaqstant ser tkun qed tfittex u tisħaq għal aktar informazzjoni dwar dawn il-miżuri.