Huma tal-anqas tmienja l-vittmi wara li vapur Tuneżin ħabat ma’ lanċa mimlija immigranti barra il-kosta Tuneżini imma fiz-zona tas-Search and Rescue Maltija.

Mal-impatt, il-lanċa bl-immigranti għerqet imma ħafna kienu salvati għalkemm hemm xi wħud li huma nieqsa.
Fuq talba ta’ Malta, fil-ħidma ta’ salvataġġ intalbet l-għajnuna tal-forzi tas-sigurta Taljani u fil-post marru żewġ laneċ tal-Gwardja tal-Kosta Taljana, li salpaw minn Lampedusa, kif ukoll patrol boat tal-Guardia di Finanza u bastiment tal-gwerra Taljan.
Hu stmat li abbord il-lanċa kien hemm mas-70 persuna.
Skont l-aħħar rapport mill-Forzi Armati ta’ Malta jidher li patrol boat Tuneżina kienet laħqet salvat 38 persuna.
IR-RAPPORTI GĦADHOM DEĦLIN
//= $special ?>

