Dun Alex Cauchi, mill-Għarb, huwa l-President il-ġdid tal-Moviment Missjunarju Ġesù fil-Proxxmu. Dan tħabbar mill-Uffiċju tal-Komunikazzjoni Veskovili Għawdxi ftit ġimgħat wara l-mewt tal-fundatur u President tal-Moviment, Mons. George Grima.
B’ordni mill-Isqof t’Għawdex Mons. Mario Grech, Dun Alex Grech, li ilu missjunarju fil-Perù u l-Brażil sa mill-1995 inħatar f’din il-pożizzjoni madanakollu huwa ser ikun qed jirritorna lura Malta f’Jannar id-dieħel.
Għaldaqstant għal dawn ix-xahrejn li ġejjin l-Isqof Grech ħatar lil Mons. Pawlu Cardona bħala President interim.
//= $special ?>


