Lokali Turiżmu

L-MIA jilqa’ aktar minn 600,000 passiġier għat-tielet xahar konsekuttiv.

Ġie rreġistrat aktar traffiku fl-Ajruport Internazzjonali wara li f’Settembru kien hemm żieda ta’ 89,000 ta’ moviment ta’ passiġieri fl-istess xahar tas-sena li għaddiet. Total t’aktar minn 626,488 passiġier fl-Ajruport.

Ir-Renju Unit baqa’ l-aktar pajjiż li minnu jiġu l-aktar passiġieri minnu b’total ta’ 146,160. Dawn il-movimenti qed jikbru 4.7% fuq dik tas-sena l-oħra.

Mill-banda l-oħra pajjiżi oħra fosthom l-Italja, Ġermanja u Franza lkoll rreġistraw żieda. Spanja il-ħames fost dawn il-pajjiżi wkoll rreġistrat żieda bil-maġġoranza tal-vjaġġi jkunu lejn Madrid.