Budget 2018 Lokali

“L-SMEs ma gawdew xejn” – GRTU

Minkejja li dan il-budget għandu punti pożittivi, il-GRTU pretendiet li jkun hemm aktar miżuri għan-negozji żgħar u medji.

Il-General Retailers and Traders Union qalet li tħoss li n-negozjanti ma għandhomx għalfejn ikunu grati għan-nuqqas ta’ żieda fit-taxxi. In-negozji kienu raġuni ewlenija għat-tkabbir ekonomiku u s-suċċess li kien hawn fil-pajjiż. Din id-darba l-GRTU qalet li din id-darba dan is-settur kien minsi mill-gvern. Fost oħrajn dawn in-negozji stennew tnaqqis fit-taxxi u tneħiija ta’ taxxi tas-sisa li qed jagħmlu l-ħsara.

Il-GRTU laqgħet b’mod pożittiv numru ta’ inċentivi bħall-iskema tal-Michroinvest u l-wegħdiet biex kemm jista’ jkun tonqos il-burokrazija. Min-naħa l-oħra l-GRTU esprimiet diżappunt li minn tlettax-il proposta mressqa minnha ma kienu indirizzati l-ebda waħda minnhom.

Il-GRTU semmiet ukoll li l-fatt ta’ nuqqas ta’ riżorsa umana u li dan ma kienx indirizzat f’dan il-budget.
Ikkritikat ukoll il-fatt li ma kienetx indirizzata l-problema tat-traffiku b’mod serju.