Lokali Mużika

Mużika – Riżultat pożittiv ta’ kantanta Maltija barra minn pajjiżna

Kylieann Cassar waqt li kienet is-Serbja

Matul dawn l-aħħar jiem il-kantanta Maltija Kylieann Cassar minn San Pawl il-Baħar kisbet suċċess f’kompetizzjoni li saret fil-belt ta’ Belgrad fis-Serbja.

Kylieann, li għandha disa’ snin u li ilha tkanta għal dawn l-aħħar sentejn ma’ Stairway Academy ikkompetiet fil-kompetizzjoni bl-isem ta’ Angel Voice.

Hi għelbet l-isfida ta’ diversi kantanti u spiċċat fl-ewwel post fil-kategorija tagħha. Ma’ Cassar kien hemm kompetituri ġejjin minn diversi postijiet fosthom l-Islovenja, it-Turkija, l-Iżvezja, l-Italja, l-Maċedonja, il-Kroazja, l-Bulgarija, r-Rumanija u mis-Serbja stess.

Dan hu suċċess mill-aqwa għal din il-kantanta li f’Malta diġa’ rebħet diversi unuri f’kompetizzjonijiet lokali.