Il-maltemp tal-ġimgħa li għaddiet għamel numru ta’ ħsarat f’bosta bnadi madwar pajjiżna, dan fost oħrajn lis-swar tal-Floriana li jagħmlu parti mill-Floriana Lines.
Is-swar li ġġarraf jinsabu viċin il-bini ta’ Transport Malta fejn jsiru t-testijiet tal-liċenzja tal-karozza.
L-appell tal-bosta huwa biex l-awtoritajiet jintervjenu u jagħmlu dak kollu possibli biex iħarsu s-swar u kif ukoll ineħħu kull periklu li preżentament hemm.







