Il-Pulizija qed jinvestigaw serqa li seħħet matul il-lejl mill-knisja Arċipretali taż-Żejtun, fejn persuni mhux magħrufa serqu ammont ta’ flus wara li allegatament daħlu fil-knisja minn scaffolding li hemm armat.
Jirriżulta li l-ħallelin għamlu ħsarat fuq il-bibien, tant li xi serraturi antiki kienu illevati.
Is-sorsi tagħna qalulna wkoll li fost il-kaxxi li insterqu kien hemm dik ta’ quddiem il-Madonna tar-Rużarju hekk kif ilbieraħ saret il-festa tagħha.
AKTAR DETTALJI FIL-ĦIN LI ĠEJ.
