L-aktar tim li spikka fil-partiti mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni kien dak tal-Iżlanda li għall-ewwel darba fl-istorja ikkwalifika għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja meta għeleb lill-Kosovo 2-0. SIGURDSSON u GUDMUNDSSON skurjaw il-gowls deċiżivi.
Dan bla dubju ikompli jikkonferma kemm dan il-federazzjoni tal-futbol tal-pajjiż ħadmet b’għaqal kbir f’dawn l-aħħar snin u issa wara li sena ilu ħa sehem għall-ewwel darba f’Kampjonat Ewropew, għadda għal turnament maġġuri ieħor.
L-Italja aċċertat minn post fil-play-offs bħala wieħed mit-timijiet seeded meta rebħet 1-0 barra minn darha kontra l-Albanija. It-tim ta’ Ventura kellu bżonn it-tliet punti biex jaċċerta li ma jkunx fost it-timijiet unseeded u b’hekk ikun f’riskju li jilgħab kontra tim qawwi fuq il-karta.
L-uniku gowl tal-logħba skurjah il-midfielder CANDREVA kwarta mit-tmiem wara li rċieva cross ta’ Spinazzola.
F’logħba mill-istess grupp Spanja, li kienet diġa’ ċerta mir-rebħ tal-grupp rebħet 1-0 barra minn darha kontra l-Iżreal.
Il-gowl li ddeċieda l-partita wasal fis-76 minuta u kien skurjat minn ILLARRAMENDI li sab ix-xibka b’xutt b’saħħtu.
B’rebħa ta’ 1-0 barra minn darha kontra Wales, l-Irlanda għaddiet għall-play-offs tat-Tazza tad-Dinja.
L-uniku gowl tal-logħba skurjah James MCLEAN fis-57 minuta. Minn naħa tagħhom, Wales, b’din it-telfa sfaw eliminati mill-fażi finali.
Dawk it-timijiet li għaddew għall-play-offs isiru jafu l-avversari tagħhom fis-17 ta’ Ottubru.
Riżultati
Grupp D
Moldova v Awstrija 0-1
Serbja v Ġorġja 1-0
Wales v Irlanda 0-1
Grupp Ġ
Albanija v Italja 0-1
Maċedonja v Liechtenstein 4-0
Iżrael v Spanja 0-1
Grupp I
Finlandja v Turkija 2-2
Iżlanda v Kosovo 2-0
Ukrajna v Kroazja 0-2