Lokali

Tifel qed isofri ġrieħi serji wara inċident tat-traffiku fil-Mellieħa

Tifel qed isofri minn grieħi serji wara inċident tat-traffiku fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa li seħħ fis-19.30 tal-bieraħ filgħaxija. Irriżulta li t-tifel Ġermaniż ta’ 6 snin ġie milqut minn vettura tat-tip Mercedes Benz li kienet misjuqa minn żagħżugħ ta’ 27 sena residenti l-Mosta.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr. A. Bugeja LL.D, fejn ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-Inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.