Lokali Parlament

Il-Gvern qed jabbuża mill-Oppożizzjoni u mill-poplu…smiegħ finta ta’ gvern ‘fake’

– Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li l-Oppożizzjoni se tivvota kontra għaliex din il-liġi li temenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika suppost tipprovdi regoli għall-iskrutinju iżda fil-fatt l-inqas li fiha hu propju s-smiegħ ta’ skrutinju. Il-Gvern qed jabbuża mill-Oppożizzjoni u mill-poplu bi smiegħ finta ta’ gvern ‘fake’.

Fil-parlament Edwin Vassallo kompla li fil-fatt is-smiegħ jista’ ma jissejjaħx u dan jissejjaħ jekk it-tliet deputati tal-gvern jaqblu mat-talba tal-Oppożizzjoni li jsir smiegħ.

Edwin Vassallo qal li din hi liġi oħra finta u qal li jekk il-gvern ma jurix rieda li jrid jilqa’ l-emendi tal-Oppożizzjoni, l-Opożizzjoni lanqas għandha tieħu sehem fl-eżerċizzju ta’ skrutinju. Dan għaliex il-gvern ma jistax jibqa’ jabbuża mill-Oppożizzjoni f’eżerċizzju finta. Il-Gvern qed jabbuża mill-poplu, sostna Edwin Vassallo, li kompla li l-Gvern għandu jieqaf jitħanżer. Edwin Vassallo qal li hu ma jaqbilx li l-Oppożizzjoni tkun paraventu meta l-gvern iressaq liġijiet paraventu.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li fil-liġi m’hemmx smiegħ bilfors iżda hemm kundizzjoni jekk dan isirx. Il-Gvern qed juri x’livell ta’ demokrazija jrid jagħti lill-poplu b’din il-liġi. Dawn id-deċiżjonijiet qed ikollhom riżultati ekonomiċi il-politiċi tilfu l-fiduċja tal-poplu bi 17-il post fil-World Economic Forum. Malta waqgħet ukoll 10 postijiet dwar il-favoritiżmu u issa Malta tinsab fid-89 post. Illum ma baqax mistħija politika, sostna Edwin Vassallo, li kompla li l-Gvern ma jistħi bl-ebda mod mill-poplu.

Edwin Vassallo qal li l-messaġġi tal-Prim Imħallef fil-futħ tas-sena forensi u tal-Arċisqof għandhom ikunu ikkunsidrati mill-gvern.