Il-Ministru Edward Scicluna it-Tnejn ħabbar il-Budget għas-sena ddieħla waqt seduta fil-Parlament. Diskors ta’ Budget surplus li dam madwar 90 minuta. Diskors li fih il-Gvern ħabbar li se jagħti €1.75 ċenteżmu biss żieda għall-ogħli tal-ħajja.
Iżda wara dan id-diskors il-Prim Ministru Joseph Muscat għazel li jindirizza konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-Berġa ta’ Kastilja.
Stħarriġ li għamel Net News jindika li l-konferenza tal-aħbarijiet li l-Prim Ministru indirizza għal 32 minuta wara l-Budget, li fiha ma ħabbar xejn ġdid, għajr irrepeta dak li qal il-Ministru tal-Finanzi, ġiet tiswa mit-taxxi tal-poplu mas-€6,000.
B’hekk biex il-Prim Ministru jirrepeti li lill-familji se jtihom €1.75 ċentezmu żieda f’Budget ta’ surplus, għazel li jberbaq €6,000 f’konferenza tal-aħbarijiet quddiem Kastilja.
L-ispiża ta’ €6,000 tinkludi l-kiri tal-palk, madwar €1,500, madwar €1,200 għal kiri tad-dawl u spejjes tas-sound, siġġijiet, tapit u overtime tal-ħaddiema.
Din l-ispiża teskludi l-kampanja kbira li saret fil-midja soċjali biex dan il-budget ikun imfaħħar kemm jista jkun. B’diversi artikli fuq facebook, jingħataw boost, ġifiri ħlas, biex jinxterdu ma kemm jista jkun nies possibbli u għaldaqstant jinxterdu biss artikli li jfaħħru l-budget f’kampanja sistematika.
//= $special ?>