Lokali

Liġi li tinsulenta lil min hu kapaċi, onest u integru…l-ebda pajjiż fid-dinja ma jattwa l-proposti tal-Gvern Laburista

– Herman Schiavone, PN

Id-deputat Nazzjonalista Herman Schiavone qal li l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika hu liġi li biha l-Gvern qed jidħak bil-poplu għaliex din hi liġi tajba għal min hu imkompetenti u konvenjenti għall-gvern biex ikollu paraventu biex dawk li huma inkompetenti ma jaqgħux taħ tal-isruitnju. Din hi liġi li hi insult għal min hu kapaċi, onest u integru u għall-poplu Malti li jixraqlu l-aħjar nies biex imexxu l-entitajiet.

Fil-parlament Herman Schiavone qal li din hi liġi li temenda l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika mhix waħda li itnkludi skrutinju effettiv. L-Oppożizzjoni taqbel ma’ skrutinju pubbliku tal-persuni li jkunu appuntati f’karigi pubbliċi waqt li l-PL fl-2013 kien wiegħed dan l-iskrutinju. Minkejja dan, din il-liġi mhix tagħti faċilità ta’ skrutinju dirett bil-mistoqsijiet meħtieġa lill-persuni appuntati.

Id-deputat Nazzjonalista tratta l-proposti tal-gvern bil-ħatra ta’ kumitat ta’ ħames membri – tlieta tal-Gvern u tnjen tal-Oppożizzjoni – fejn il-ministru jservi ta’ pustier bl-emails biex il-kandidat iwieġeb permezz tal-ministru biex dawn jingħaddew lill-persuna li tkun għamlet il-mistoqsijiet. Wara jsiru l-mistoqsijiet supplimentari biex wara jista’ jiltaqa’ l-kumitat. Hu staqsa min ilaqqa’ l-kumitat u kompla li l-aħħar kelma dejjem tkun tal-ministru.

Herman Schiavone ppropona li jkunu utilizzati l-kumitat tal-parlament biex isir l-iskrutinju neċessarju. Il-Gvern qed jagħżel li l-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali ma jkunux fil-lista tal-persuni skrutinizzati. Hu rrifera għall-kummenti tal-Prim Imħallef fil-ftuħ tas-sena fornesi fejn enfażizza l-importanza tax-xogħol tal-pulizija u tal-Avukat Ġenerali biex il-ġustizzja taħdem tajjeb.

Id-deputat Nazzjonalista qal li fl-Irlanda l-iskrutinju jsir fil-kumitati tal-Kamra għalkemm fl-aħħar jiddeċiedi l-ministru. Fl-Iżvezja hemm kumitat li l-president tiegħu ġej mill-Oppożizzjoni biex ikun hemm trasparenza assoluta. Fil-Kanada hemm bord ta’ nies integri indipendenti li jagħmlu grilling u jagħtu l-kummenti lill-kumitat selettiv. Fir-Rumanija ma jsir l-ebda skrutinju waqt li fil-Greċja hemm biss ħatriet li fihom isir grilling.

Fl-UE hemm modi effiċjenti kif isir il-grilling waqt li fl-Ażerbajġan m’hemmx tradizzjoni ta’ skrutinju għaliex ma jkunx jattwat u ma jafux bih. M’hemm l-ebda pajjiż li jagħmlu l-istrutinju bil-mod kif qed jipproponih il-Gvern Malti, permezz tal-emails jew ittri bil-mistoqsijiet.

Fid-dinja demokratika, l-Ambaxxaturi ma jkunux appuntati għaliex il-gvern ikollu dejn politiku magħhom iżda huma uffiċċjali pubbliċi. Hu appella biex l-uffiċjali pubbliċi ta’ integri jkunu inklużi fil-korp diplomatiku.