Sport Sport Ieħor

Luxol jippreparaw għall-ewwel impenn fir-rawnd prinċipali tal-UEFA Futsal Cup

Il-plejers ta' Luxol waqt it-taħriġ (Ritratt: Joe Borg)

Dalgħodu Luxol Futsal għamlu sessjoni oħra ta’ taħriġ bi preparazzjoni għall-ewwel impenn tagħhom fir-rawnd prinċipali tal-UEFA Futsal Cup kontra Deva tar-Rumanija. Il-logħba tintlagħab għada fis-5.00pm ħin ta’ Malta.

Is-sessjoni tal-lum filgħodu saret f’padiljun differenti minn fejn se jkunu qed jilagħbu, hekk kif iċ-ċentru sportiv prinċipali fiċ-ċentru ta’ Deva fejn se jkun qed jintlagħab il-logħob, jinsab madwar tliet kwarti bogħod mil-lukanda fejn jinsabu alloġjati l-plejers.

Il-kamp Malti jinsab konxju mis-saħħa ta’ avversarji li se jkunu qed jilagħbu kontrihom f’dawn it-tliet logħbiet, iżda jafu wkoll li anke huma għandhom biżżejjed potenzjal biex ikunu ta’ sfida għal kull avversarju.

Tags