Sadio Mane se jkun qed jagħmel sitt ġimgħat nieqes mill-azzjoni wara li weġġa’ l-hamstring mat-tim nazzjonali. Il-plejer ta’ 25 sena se jitlef il-logħba ta’ tmiem il-ġimgħa kontra Manchester United wara li weġġa’ fir-rebħa ta’ 2-0 li s-Senegal kellhom fuq il-Cape Verde s-Sibt li għadda. Mane kien mibdul fid-89 minuta, lbieraħ Liverpool ikkonfermaw l-entità tal-injury tal-plejer.
L-attakkant intgħażel fil-lista ta’ 30 plejer għar-rebħ tal-ballun tad-deheb, iżda issa se jitlef aktar logħbiet wara li diġà tilef tliet partiti minħabba t-tkeċċija kontra Manchester City.
L-eks plejer ta’ Southampton skorja 13-il gowl fil-kampjonat li għadda minkejja li tilef Jannar kollu minħabba t-Tazza Afrikana u l-aħħar sitt ġimgħat minħabba problema fl-irkoppa.
Mane skorja tliet gowls f’erba’ logħbiet għat-tim ta’ Jurgen Klopp f’dan il-kampjonat.
//= $special ?>