Lokali

Titjib fil-prodott turistiku Għawdxi – GTA

L-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu (GTA) sostniet li b’mod ġenerali l-budget kien wieħed pożittiv li jirrifletti t-tkabbir ekonomi f’diversi setturi, fosthom it-turiżmu.

Fi stqarrija b’reazzjoni dwar il-budget, l-GTA qalet dan kien budget progressiv u jħares ‘l quddiem li jkompli joħloq il-klima għal tkabbir ekonomiku għall-pajjiż. L-Assoċjazzjoni laqgħet b’mod pożittiv l-iskema ta’ modernizzar u titjib fl-istabbilimenti biex itejbu l-prodott truistiku Għawdxi.

Il-budget isemmi wkoll il-bidu tax-xogħol fuq il-fibre optic link u t-tieni fibre optic cable bejn Malta u Għawdex. Aspett pożittiv ieħor hu l-proġetti infrastrutturali imsemmija fil-budget għall-2018 fosthom l-investiment fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, restawr, attivitajiet kulturali u l-master plan ta’ titjib għax-Xlendi u Marsalforn. Il-GTA sostniet li dawn il-proġetti mistennija jtejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies u jtejbu l-prodott turistiku.

Dwar il-miżuri fiskli, l-GTA qalet li t-tnaqqis tal-boll fuq il-propjetà mixtirja f’Għawdex, iż-żieda sa €70,000 fl-iskemi Microinvest f’Għawdex u r-rifużjoni ta’ 30% tal-capped minimun wage għal kull impjegat ġdid huma pożittivi.

Il-GTA innotat li fil-budget m’hemm l-ebda riferenza għall-airfiled f’Għawdex, il-konnettività u l-istaġġonalità ta’ Għawdex.

Tags