Internazzjonali

Daqshekk tipjip fuq il-bajjiet fit-Tajlandja

L-awtoritajiet fit-Tajlandja ħabbru li se jkun projbit li wieħed ipejjep fuq il-bajjiet u min jinqabad qed jissogra sena ħabs.
Il-miżura se tkun tgħodd għal 20 bajja ewlenija fosthom fid-destinazzjoni turistika ewlenija ta’ Phuket.
Min jinqabad ipejjep qed jissogra multa sa massimu ta’ 3,000 ewro jew sena ħabs.
Il-liġi se tidħol fis-seħħ f’Novembru u se tkun tgħodd għall-bajjiet fil-provinċji ta’ Phuket, Prachuap Khiri Khan, Chon Buri u Songkhla.
Intqal li dan hu proġett pilota u jekk jirnexxi mbagħad se jkun jgħodd għall-pajjiż kollu.
Uffiċjali qalu li qed ikunu kunsidrati miżuri biex turisti ma jwaddbux is-sigaretti fil-baħar mil-laneċ.