Lokali Parlament

€110,000 oħra għall-uffiċċju legali tad-deputat Laburista Robert Abela fi tmiem xhur

L-uffiċċju legali tad-deputat Laburista Robert Abela u l-mara tiegħu Lydia Abela, li hi s-Segretarju Eżekuttiv tal-PL, tħallsu s-somma ta’ €110,000 għal servizzi legali lill-Ministeru tal-Infrastruttura fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena.

Dan irriżulta minn informazzjoni mpoġġija fuq il-mejda tal-Kamra. L-uffiċċju legali ta’ Abela tħallas €168,598 mill-Gvern tul is-sena li għaddiet u €110,543 fl-2015. Din l-informazzjoni ingħatat bi tweġiba għal mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.