Lokali

FILMAT: Il-Kummiedja ‘Min iħawwad u min jitħawwad’

Matul tmiem din il-ġimgħa, fid-Dar Ċentrali se tittella’ l-11-il-kummiedja minn sensiela li ilhom għaddejjin għall-aħħar snin. Din il-kummiedja jisimha ‘Min iħawwad u min jitħawwad’.

Indri Attard, il-persuna li jikteb u jidderieġi dawn ir-reċti, fl-istess waqt li jokkupa wkoll il-parti prinċipali qal li din hi kummiedja li t-tema tagħha se ddur mal-elezzjoni ġenerali li għaddiet.

Indri jispjega li meta wieħed jikteb daqstant kummiedji u reċti, ikollu l-isfida li jkun kreattiv, joħroġ b’ideat ġodda li jolqtu lill-poplu u jegħleb id-diffikultà li joħroġ lin-nies minn djarhom.

Għad fadal biss ftit postijiet għall-kummiedja li jmiss, bil-biljetti li jistgħu jinkisbu direttament mid-Dar Ċentrali f’Tal-Pietà.