Il-Pulizija fl-Italja arrestaw xufier Pollakk, sewwieq ta’ trakk li jġorr il-fjuwil, u qed jinżamm b’akkużi ta’ traffikar ta’ diesel bil-kutrabandu.
Jirriżulta li tqajjem suspett fix-xufier wara li kien ilu għal ħin twil f’żona ta’ Lucignano u minnu kienet ħierġa riħa qawwija ta’ fjuwil. Meta avviċinawh il-Pulizija, hekk kif hu kien rieqed, iddikjara li d-diesel li kien qed iġorr kien ġej mill-Ġermanja u destinat lejn Malta.
Il-Pulizija m’emmnuhx u filfatt instab li x-xufier ma kellux awtorizzazzjoni li jittrasporta dan id-diesel u li allura dan kien materjal bil-kutrabandu. Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li abbord kellu madwar 24,000 litru diesel, għal valur ta’ madwar €35,000.
It-trakk kien sekwestrat, bix-xufier li jrid jirrispondi għal trasport mhux awtorizzat ta’ materjal fjammabbli.
//= $special ?>