Lokali Parlament

Liġi tas-skiet għaliex il-gvern għażel apposta li jkun xott

– Karol Aquilina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal li l-iskrutinju tal-persuni nominati mill-gvern skont il-Liġi għall-Amministrazzjoni Pubblika jista’ jsir mill-kumitat tal-Kamra.

Fil-parlament, Karol Aquilina qal li ż-żewġ partit tkellmu dwar l-iskrutinju pubbliku fejn il-PL ma kinx spjegah ċar għalkemm kulħadd fehem li jsiru mistoqsijiet fil-parlament. Il-PN kien ċar dwar smiegħ pubbliku fil-parlament. Dan hu kunċett ġdid fil-pajjiż, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li din hi liġi tas-skiet għaliex il-gvern għażel apposta li jkun xott fil-kliem tal-kitba tal-liġi. L-istess għamel fil-kunċett tal-liġi. Il-metodu tal-gvern hu li l-persuna magħżula la tinstema’ u lanqas tisma iżda jaqra biss it-tweġibiet tiegħu. Dan juri nuqqas ta’ fiduċja fis-sistema li jrid idaħħal.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar ir-rwol tal-kumitati parlamentari u qal li dan hu metodu effettiv għaliex il-kumitati jiskrutinjaw diversi suġġetti u għalhekk jistgħu jiskrutinjaw lill-persuni nominati. Hu qal li din is-sistema hi attwata fil-parlament Inlgiż u tratta l-akrigi li għandhom ikunu skrutinizzati fosthom il-Kummissarju tal-Pulizija, l-Ombusdman, il-kummissarji fl-Uffiċċju tal-Ombudsam, il-Kummissarju Elettorali Ewlieni, il-Kap tal-FAM, il-Kap taċ-Ċivil u ċ-Chairman tal-Awtorità tax-Xandir iżda fil-liġi m’hemmx dawn il-biex ikunu skrutinzzati.

Ikkummenta