– Ivan Bartolo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo appella biex il-producers televiżivi lokali jkunu responsabbli fil-produzzjonijiet lokali tagħhom.
Fl-Aġġornament tal-Parlament id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo tkellem dwar il-produzzjonijiet televiżivi lokali u qal li b’kelma jista’ jsir ħafna ġid għaliex dak li jkun imxandar jista’ jkun influwenzat. Dan jgħodd ukoll għar-riklami tant li meta xi professjonist jidher fuq it-televiżjoni jsir espert stmat. Hu tkellem dwar l-effetti fuq it-tfal u dwar l-improtanza li titwassal l-aħjar informazzjoni bla ma t-tfal ikunu wżati.
Ivan Bartolo qal li hemm produzzjonijiet li qed ikunu ta’ sodisfazzjon għall-anzjani fi djarhom. Hu sostna li kull individwu jħoss li m’għandux jinqata’ mis-soċjetà. Hemm nies li jiggranfa ma’ kollox anki fil-kuntest ta’ produzzjonijiet ta’ spiritwalisti jew ta’ okkult. Hu qal li fis-soċjetà hemm nies vulnerabbli u l-producers mhux dejjem ikunu maturi biżżejjed fil-produzzjonijiet għaliex mhux it-telespatturi kollha kapaċi jiddikstingwu bejn fatti u kummenti.
Hu tkellem dwar l-istazzjon nazzjonali u qal li dan għandu responabbiltajiet kbar u appella biex ma jkunx hemm produzzjonjiet lokali ta’ livell baxx fuq dan l-istazzjon nazzjonali.
Fl-Aġġornament tal-parlament tkellem ukoll id-deputat tal-PP Godfrey Farrugia li qal li l-parlament għandu jħares il-ġid komuni b’sens tajjeb. Hu qal li hemm ħafna sfdidi fis-soċjetà li joffru opprtunitajiet. Fost dawn l-isfidi hemm il-master plan għall-iżvilupp tal-pajjiż, l-immaniġġjar tal-iskart u l-infrastruttura. Dawn kienu minsija, sostna Godfrey Farrugia, li kompla li d-deputati Laburisti m’humiex iwettqu skrutinju pożittiv fuq il-ministri tal-gvern. Hu qal li t-tielet partit għandu jkun rikonoxxut fil-pro;eduir tal-Kamra.
//= $special ?>