– Ryan Callus, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus sostna li pajjiżi demokratiċi jattwaw skrutinju u proċess ferm differenti minn dak li qed jipproponi l-Gvern Malti; li m’hu skrutinju xejn għax lanqas hemm smigħ.
Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal li l-Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika tiffoka fuq il-governanza tajba u sostna li dan l-abbozz tressaq ftit wara l-kliem ta’ kundanna tal-Prim Imħallef li sostna li l-ġustizzja ma tistax issir wisq inqas titwettaq jekk il-pulizija u l-Avukat Ġenerali ma jagħmlux dmirhom u jieħdu azzjoni. L-istituzzjonijiet għandhom jiffunzjonaw u għalhekk iridu jkunu mmexxija minn-nies leali lejn il-liġi tal-pajjiż u mhux lejn il-politiċi. Għakhekk il-persuni amgħżula għandhom ikunu integri, illustri u li għamlu ġieħ lill-pajjiż.
Hu semma l-Kummissarju tal-Pulizija u qal li n-nies tilfet il-fiduċja fil-Korp għaliex il-Korp naqas li jaġixxi meta kien hemm każi serji fejn dan kellu jaġixxi. Filwaqt li semma l-każ ta’ korruzzjoni ta’ Jimmy Magro, Ryan Callus qal li minn dakinhar li kienet żvelata l-istorja sal-lum ma ġara xejn.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-kundanna tal-Prim Imħallef hi serja għax saret fi stat demokratiku u turi kemm il-pajjiż miss il-qiegħ. Din hi liġi li titratta l-Bank Ċentrali, l-MFSA, ir-Regolatur għall-Enerġija u l-Ilma, l-Awtorità għat-Trasport, il-Malta Gaming Authority, l-Awtorità tal-Ippjanar, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, il-Kummissarju għall-NGOs, l-Awtorità tal-Artijiet, l-Awtorità tal-Mediċina, l-Awtorità tat-Turiżmu u l-FIAU.
Ryan Callus kompla li il-persuni li jmexxu dawn l-awtoritajiet ikollhom poteri kbar fis-soċjetà u spjega kif pajjiżi Ewropej u demokratiċi oħra kollha jużaw l-iskrutinju biex jagħżlu lil dawn il-persuni. Dan hu proċess differenti ferm minn dak li qed jipproponi l-Gvern Malti. Dan hu skrutinju fażull għax il-Gvern Laburista diġà ħatar lil kulħadd u l-lii ma taħsibx għal skruitnju għal min se jerġa’ jkun appuntat.
Il-Gvern Laburista qed jattwa politika bħal dik ta’ pajjiżi dittatorjali. Din hi proposta riċiklata, sostna Ryan Callus, li qal li fl-erba’ snin li għaddew il-Gvern Laburista ma attwa qatt din il-proposta.
//= $special ?>