Lokali

In-Nazzjon 11.10.2017

In-Nazzjon illum b’żewġ stejjer ewlenin fl-ewwel paġna. In-Nazzjon jikseb il-konferma li żewġ uffiċjali għolja tal-Vitals li qed imexxu tliet sptarijiet pubbliċi, telqu minn Malta bir-raġuni għaliex aġixxew b’dan il-mod tibqa’ mistura. L-istorja l-oħra ewlenija tittratta t-tberbiq ta’ €6,000 biex il-Prim Ministru jindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar il-Baġit waqt li lill-ħaddiema l-Gvern tahom biss €1.75.

Fil-ġurnal illum diversi aħbarijiet mill-Qorti, b’rapport dettaljat tal-ġuri li għaddej bħalissa u li jinsab riesaq lejn it-tmiem tiegħu.

In-Nazzjon ikompli wkoll jippubblika aktar reazzjonijiet għall-Baġit li l-Gvern ippreżenta t-Tnejn li għadda.

Fil-paġni tal-opinjonijiet insibu l-analiżi politika ta’ David Casa, Mark Anthony Sammut u Justin Schembri.