Lokali

In-nuqqas ta’ rappreżentanza tan-nisa fis-suq tax-xogħol għandha bżonn tiġi indirizzata – MEP David Casa

In-nuqqas ta’ nisa fis-suq tax-xogħol għandu jkun indirizzat.

Saħaq dan il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa waqt laqgħa mal-COFACE Families Europe – numru ta’ assoċjazzjonijiet li jirrapreżentaw l-interessi tal-familji fl-Ewropa.

David Casa qal li l-għan tal-Kummissjoni dwar il-proposta tal-inizjattiva Work-Life Balance huwa ta’ min ifaħħru. L-Ewroparlamentari Nazzjonalista qal li preżentament qiegħed jisma’ u jifhem kull ħsieb mingħand il-ħaddiem, l-unions kif ukoll il-familji.

Għaxar t’ijiem leave imħallas għal kull wild lil kull missier jew it-tieni ġenitur

Dan kollu hekk kif il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi għaxar t’ijiem b’leave imħallas għal kull wild lil kull missier jew it-tieni ġenitur, 4 xhur leave imħallas għal kull ġenitur sakemm it-tifel jew it-tifla jkollhom tnax-il sena, 5 t’ijiem leave imħallas fis-sena sabiex tieħu ħsieb lil persuna marida, kif ukoll il-possibilità li persuna titlob kundizzjonijiet tax-xogħol flessibli.

David Casa insista li jinsab kunfidenti li tista’ tinstab pożizzjoni bilanċjata fil-Parlament Ewropew bil-għan li jinnegozzjaw mal-Kunsill Ewropew.