Puttinu Cares qed jappella għall-għajnuna tal-pubbliku minħabba li l-ammont ta’ pazjenti Maltin li jitilgħu fl-Ingilterra għall-kura qed jiżdied b’rata mgħaġġla ħafna iżda l-ispazju fejn jinżammu hu limitat.
Fl-aħħar sigħat Nigel, li kellu bżonn trapjant ta’ qalbu, ħareġ mill-isptar. Minħabba n-natura delikata tal-operazzjoni tiegħu, hemm bżonn li jinżamm f’appartament waħdu minħabba riskju ta’ infezzjonijiet li jistgħu jkunu fatali.
Madankollu l-appartamenti ta’ Puttinu huma kollha mimlija, u għalissa Nigel se jinżamm għand koppja Maltija li tgħix fl-Ingilterra. Minkejja li din mhix is-soluzzjoni ideali, għalissa m’hemmx għażla oħra.
Fid-dawl ta’ dan, Puttinu Cares fi stqarrija appellaw għa; kuntatti ta’ nies li lesti jgħinu biex isibu post adattat lil dawn il-pazjenti li jixirqilhom dinjità f’mumenti ta’ diffikultà.
//= $special ?>