Martiano Rajoy, il-Prim Ministru Spanjol,staqsa lit-tmexxija tal-Katalonja biex jikkjarifika jekk iddikjarax l-indipendenza jew le. dan fl-istess ħin li wissa l-indipendentisti tal-Katalonja, li jista’ jimponi t-tmexxija diretta fuq ir-reġjun.
It-Tlieta, Carles Puigdemont, il-President tar-reġjun Katalan, indirizza l-Parlament Katalan u filwaqt li qal li kien se jiffirma d-dikjarazzjoni ta’ indipendenza, din ma kinetx se tkun implimentata biex jagħti ċans lin-negozjati. Negozjati li l-Gvern ta’ Madrid ma jridx ikun jaf bihom.
Spanja tinsab maqbuda fi kriżi politika serja minn mindu fl-1 ta’ Ottubru sar ir-referendum dwar l-indipendenza. Vot li kien dikjarat kontra l-liġi mill-Qorti Kostituzzjonali Spanjola.
Għalkemm Rajoy ma ħabbar ebda żmien sa meta għandu jingħata tweġiba qabel ma jieħu l-affarijiet f’idejh, il-midja Spanjola qed titkellem dwar ħamest ijiem.
Rajoy jitlob kjarifika


