Lokali

AĠĠORNATA: Ħadd ma jweġġa’ f’nirien fil-lukanda Dolmen

Ritratt mill-akivji

Ħadd ma weġġa’ f’nirien li ħakmu parti mil-lukanda Dolmen, fil-Qawra.

Kawża ta’ dawn in-nirien, il-lukanda kellha tiġi evakwata biex ikun evitat kwalunkwe periklu għat-turisti u l-impjegati.

Jirriżulta li n-nirien oriġinaw kawża ta’ problema fis-sawna, fil-Leisure Center tal-lukanda, u għamlu ħsara f’numru ta’ bankijiet tal-injam.

Immedjatament daħal fis-seħħ l-eżerċizzju ta’ emerġenza mmexxi mill-istaff tas-sigurtà tal-lukanda, li raw li t-turisti u l-impjegati nħarġu mil-lukanda malajr kemm jista’ jkun.

Fortunatament, in-nirien kienu kkontrollati fi ftit ħin mill-impjegati tal-lukanda, taħt għajnejn il-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li anke raw li l-post kien sikur.

Is-sitwazzjoni fil-lukanda ġiet lura għan-normal wara madwar siegħa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.