Futbol Sport

Robben jirtira minn mal-Olanda

Arjen Robben

Jum wara li l-Olanda sfat eliminata mit-Tazza tad-Dinja tal-2018 il-winger Arjen Robben ħabbar li rtira minn mat-tim nazzjonali. Tard it-Tlieta filgħaxija l-Olanda spiċċaw Grupp A fuq nota tajba b’rebħa ta’ 2-0 fuq l-Iżvezja, biex spiċċaw b’19-il punt proprju daqs l-Iżvediżi.

Iżda huma kienu eliminati minħabba li riedu jegħlbu lit-tim Żvediż b’seba’ gowls distakk biex jidħlu fil-play-offs.

Robben spikka fil-logħba kontra l-Iżvezja hekk kif kien hu li skurja ż-żewġ gowls. Hu kien iddebutta mal-Olanda fl-2003 u b’kollox lagħab 96 logħba.

Il-plejer ta’ 33 sena ħa sehem f’sitt turnaments maġġuri u hu r-raba’ l-aqwa skorer tal-Olanda.