Lokali

Tfajla ssofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħal Qormi

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Tfajla ta’ 21 sena minn Ħal Qormi kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku. Il-każ għall-ħabta tal-erbgħa ta wara nofsinhar f’Ħal Qormi stess meta seħħ impatt bejn il-vettura misjuqa mill-vittma u karozza misjuqa minn anzjan ta 74 sena minn Ħaż-Żabbar.

Fuq il-post ssejhet minnufih għall-għajnuna ta’ tim mediku tal-ambulanzi li ħa lit-tfajla l-isptar għal aktar kura.

Hija ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.