L-eksplejer ta’ Barcelona Xavi Hernandez qal li qed jittama li xi darba jkollu ċ-ċans imexxi lit-tim nazzjonali tal-Qatar.
Attwalment, Xavi, li għandu 37 sena qed jilgħab mat-tim mill-Qatar Al Sadd wara li kien ilu 17-il sena jilgħab ma’ Barcelona.
F’kummenti li ta Xavi qal li minn dejjem kellu x-xewqa li jkun f’pożizzjoni li jkun jista’ jgħaddi dak li jaf lil ħaddieħor. Xavi kompla billi qal li jekk kemm-il darba jkun kowċ tal-Qatar din l-esperjenza se tgħinu għall-futur tiegħu fejn eventwalment irid imexxi timijiet ta’ livell kbir.
Ta’ min jiftakar li fl-2022 it-Tazza tad-Dinja se ssir fil-Qatar u Xavi bla dubju se jkun qed jimmira li jkun il-kowċ tal-Qatar.
//= $special ?>