Ottubru huwa x-xahar dedikat għall-għarfien dwar il-Kanċer tas-Sider. GasanMamo tħaddan bi sħiħ din il-kampanja u ddedikat ġurnata sabiex issaħħaħ l-għarfien dwar il-mard tal-kanċer. L-impjegati ta’ GasanMamo marru għax-xogħol bi ħwejjeġ każwali bħali appoġġ għal din il-kawża kif ukoll sabiex jgħinu biex jinġabru l-fondi.
“Aħna nemmnu li billi nilbsu b’ilbies ta’ kulur roża għal ġurnata, aħna nkunu qed insaħħu l-għarfien u fl-istess ħin inħeġġu lill-impjegati u l-klijenti tagħna jingħaqdu magħna f’din il-ġlieda kontra l-kanċer”, qal Julian Mamo, Direttur Maniġerjali ta’ GasanMamo.
GasanMamo jemmnu li l-għarfien u l-informazzjoni huma strumentali biex jgħinu lill-individwu jagħmel l-ewwel pass u jersaq għat-testijiet neċessarji. B’dan il-mod, kemm l-irġiel kif ukoll in-nisa għandhom jagħtu kas ta’ xi tibdil li jinnutaw f’ġisimhom, u jindunaw minn kmieni b’xi lumps li jiżviluppaw maż-żmien.
Il-kumpanija ta’ kull sena tappoġġa inizjattivi relatati ma’ Pink October biex tifrex l-għarfien lokalment.
//= $special ?>

