Il-Kunsill Lokali san Ġiljan qed jopponi bil-qawwi x-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni għadhom isiru bil-lejl fil-lokal b’inkonvinjent kbir għar-residenti.
Fi stqarrija l-Kunsill Lokali San Ġiljan qal li deċiżjoni tal-uffiċċju tal-Ombudsman iddikjarat li l-Uffiċċju għar-Regolamentazzjoni tal-Bini kien skorrett fil-ħruġ ta’ pemess għat-tneħħija ta’ terrapien minn sit ta’ kostruzzjoni bil-lejl. Iktar minn hekk, kien enfażizzat li r-residenti kienu ġustifikati li ilmentaw meta tqajjem dan il-permess.
Il-Kunsill qal li l-awtoritajiet reġgħu ħallew isiru xogħlijiet fl-aħħar iljieli. Hu ċar li Transport Malta u l-Uffiċċju għar-Regolamentazzjoni tal-Bini iddeċidew li jwarrbu din id-deċiżjoni, jisfidaw lir-residenti u issa anki jisfidaw lill-Ombudsman. L-awtoritajiet mhux qed iħallu xogħlijiet isiru ħlief bil-lejl.
Fl-istqarrija l-Kunsill Lokali San Ġiljan qal li l-awtortajiet qed isostnu li Triq Birkirkara hi triq arterjali minħabba x-xogħlijiet li qed isiru fil-proġett tal-Kappara. Il-Kunsill Lokali mhux konvint minn dan għaliex bl-ammont ta’ traffiku kullimkien f’Malta, x’jagħmel Triq Birkirkara differenti.
L-Ombudsman innota li meta jingħataw il-permessi jridu jkunu kkunsidrat ir-residenti u t-trankwilità tagħhom. L-Ombudsman irrakkomanda wkoll li l-awtoritajiet jimponu miżuri stretti ta’ mitigazzjoni u li x-xogħol li jsiru f’żoni turistiku bil-lejl iridu fil-fatt isiru taħt ċirkostanzi straordinarji u taħt kontrolli stretti.
Il-Kunsill Lokai ta’ San Ġiljan isostni li dejjem oppona l-ħruġ ta’ dawn il-permessi minħabba li jikkaġunaw ħsara lir-residenti. Filwaqt li jifhem l-importanza tal-bilanċ bejn ir-rispett għat-trankwilità tar-esienti u l-attività ekonomika, il-Kunsill kien proattiv u ssuġġerixxa alternattivi.
Kienu l-awtoritajiet li oġġezzjonaw dawn il-proposti mingħajr ġustifikazzjoni. Il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan staqsa wkoll kif ir-residenti se jkunu kumpensati għal dan l-inkonvinjent.
//= $special ?>