Il-Union tal-Għalliema Maltin (MUT) qalet li lesta tmur għal azzjonijiet industrijali jekk il-Gvern ma jibdiex jindirizza l-problema ta’ nuqqas ta’ għalliema fl-iskejjel mingħajr ma jiġu nsulentati l-ħaddiema.
L-MUT qalet dan fi stqarrija wara artiklu ppubblikat minn NET News aktar kmieni, fejn ġie żvelat li l-Gvern qed jitlob lill-istudenti universitarji jgħallmu fl-iskejjel minħabba nuqqas ta’ għalliema ta’ numru ta’ suġġetti – sitwazzjoni deskritta mill-MUT bħala waħda insulenti.
L-MUT qalet li azzjoni bħal din hija daqqa ta’ ħarta għall-għalliema, speċjalment dawk li kienu ilhom snin jistudjaw biex isiru għalliema. “Il-professjoni ftaqret wisq tant li issa kulħadd jista’ jqum filgħodu u jibda jgħallem,” qalet l-MUT, li żiedet li l-Gvern jeħtieġ jindirizza l-problema b’mod serju, u mhux b’miżuri short-term bħal din.
L-MUT qalet li jekk il-proposti għal ftehim settorjali fil-jiem li ġejjin ma jkunux sodisfaċenti, jew jekk il-Gvern ma jibdiex jindirizza l-problema ta’ nuqqas ta’ għalliema mingħajr ma jkun insulenti, l-MUT se tkun lesta li tmur għal azzjonijiet industrijali.
//= $special ?>Studenti Universitarji mitluba jgħallmu fl-iskejjel minħabba nuqqas ta’ għalliema