Fi stqarrija l-SĦPN (Solidarjeta’ Ħaddiema Partit Nazzjonalista) u l-FPPN (Forum Professjonisti Partit Nazzjonalista) sostnew li l-aħbar li għadha kif twaqqfet għaqda ta’ avukati esperti fil-liġi tax-xogħol, il-Malta Employment Lawyers Association (MELA), iġġib magħha nifs ġdid f’dan is settur li jolqot mijiet ta’ eluf ta’ ħaddiema. Pajjiżna, għalkemm dejjem kellu avukati li jispeċjalizzaw f’dan il-qasam, issa għandu l-vantaġġ ta’ għaqda mwaqqfa apposta li jista’ jkollha s-saħħa waqt il-konsultazzjoni mal-Gvern, min iħaddem u r-rappreżentanti tal-ħaddiema.
SĦPN u FPPN jawguraw li din l-għaqda ssib l-appoġġ kollu meħtieġ minn dawk kollha involuti fil-qasam tal-impiegi f’pajjiżna sabiex b’hekk, il-ħaddiema, huma ta’ liema settur huma, jkollhom kundizzjonijiet xierqa u li jagħmlu ġieh.
Solidarjeta’ Ħaddiema Partit Nazzjonalista u Forum Professjonisti Partit Nazzjonalista, jagħtu l-appoġġ u joffru kull għajnuna li l-MELA tista’ tiġi bżonn kif ukoll jfittxu li jaħdmu mill-qrib magħha fl-interess ewlieni tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin.
//= $special ?>

