Raġel ta’ 58 sena dalgħodu weġġa’ wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur fil-By-Pass tal-Imrieħel.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:30a.m. bejn mutur tat-tip Kawasaki misjuq mir-raġel minn Għajnsielem Għawdex u karozza Hyundai. Il-Karozza kienet misjuqa minn tfajla ta’ 19-il sena minn Ħal-Qormi.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet is-sewwieq l-isptar minħabba xi ksur li sofra u aktar tard kien ċertifikat li weġġa’ gravi, waqt li t-tfajla ngħatat l-assistenza minħabba xokk qawwi.
Għal xi ħin fit-triq inħoloq traffiku qawwi.
//= $special ?>