Futbol Sport

Tazza tad-Dinja 2018 – Falcao akkużat li mmanipula partita

L-attakkant Kolombjan Falcao (xellug) qed ikun akkużat li pprova jimmanipula l-partita kontra l-Peru biex fl-istess waqt iċaħħad liċ-Ċili milli jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja tal-2018.

Hekk kif l-iskor tal-logħba bejn il-Peru u l-Kolombja kien 1-1, Falcao deher javviċina diversi plejers tal-Peru u jipprova jikkonvinċihom biex inaqqsu mill-attakki tagħhom u jikkontrollaw il-logħba biex din tibqa’ fi draw.

Eventwalment il-logħba ntemmet fi draw u l-Kolombja ikkwalifikaw b’mod awtomatiku għat-Tazza tad-Dinja filwaqt li l-Peru għaddew għall-play-offs. Fuq in-naħa l-oħra ċ-Ċili sfaw eliminati.