Mara Taljana rebħet il-battalja legali biex tieħu s-sick leavegħaż-żmien li hi ma rappurtatx għax-xogħol biex tieħu ħsieb il-kelb marid tagħha. Din il-mara, akkademika mal-Università La Sapienza ta’ Ruma, rebħet il-każ bl-għajnuna tal-avukati tal-Lega LAV fl-Italja.
Il-verdett hu l-ewwel tat-tip tiegħu minn qorti fl-Italja. Fil-fatt, l-imħallef aċċetta t-talba tal-mara li l-università ‘għandha tirreġistra n-nuqqas tagħha għal raġunijiet personali serji jew tal-familja’. Dan meta l-akkademika ħadet jumejn leave fuq il-kunċett tal-mard biex tieħu ħsieb il-kelb tagħha wara li kienet saritlu forma ta’ kirurġija.
L-avukati tagħha semmew proviżjoni legali fis-sens li n-nies li jabbandunaw annimal ‘li jkun għaddej minn tbatija kbira’ jistgħu jeħlu sena ħabs u multa ta’ 10,000 ewro.