Għall-ħabta tal-10 ta’ filgħaxija tal-Ġimgħa, żviluppaw nirien ġewwa l-forti Sant’ Iermu. Net News mar fuq il-post fejn ħadu n-nirien imħażen li fihom jinħadmu l-karrijiet tal-Karnival. Kien għall-ħabta tal-11.30 ta’ filgħaxija meta n-nirien ġew ikkontrollati għal kollox. Ħadd ma weġġa f’dan l-inċident.
Fuq il-post mal-ewwel waslu membri tal-Protezzjoni Ċivili u membri tal-Pulizija li ħadmu f’dawk il-ħinijiet sabiex jikkontrollaw in-nirien. Madanakollu kellhom imorru fuq il-post numru kbir ta’ vetturi tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nirien.
//= $special ?>