Tliet skydivers tilfu ħajjithom fi Queensland fost rapporti li huma ‘baqgħu deħlin ġo xulxin’ waqt li kienu fl-ajru.
Dan kien żvelat fost l-investigazzjonijiet tal-paramediċi u l-pulizija fiz-zona tal-Mission Beach – li sservi bħala sit popolari għall-iskydiving, lejn in-Nofsinar ta’ Cairns.
Żewġ irġiel li kellhom bejn it-30 u l-40 sena u mara ta’ aktar minn 50 sena instabu mejtin fl-inħawi, bl-investigazzjonijiet jindikaw li persuna minnhom setgħet ħabtet maż-żewġ skydivers l-oħra, bir-riżultat li dawn ma nfetħilhomx il-paraxut.
Il-katavri tat-tlieta, intant, instabu xi 1.5 kilometru lejn it-Tramuntana tal-landing site indikat.
//= $special ?>

