Lokali

Mixja biex titqajjem kuxjena dwar il-persuni neqsin mid-dawl

L-Għaqda Maltija ta’ Persuni Neqsin mid-Dawl organizzat il-mixja annwali tal-bastun l-abjad. Fil-Belt Valletta, din l-għaqda mxiet tul Triq ir-Repubblika biex tqajjem aktar gharfien dwar persuni neqsin mid-dawl.

Magħqudin fil-mixja tagħhom wara banner fil-Belt Valletta, wħud mill-parteċipanti mhux biss ħadu sehem b’permezz tal-bastun l-abjad li jintuża biex jigwidhom fil-mixi, iżda wkoll bl-użu ta’ klieb li huma mgħallma jigwidaw lill-persuni neqsin mid-dawl.

Net News attenda għal din l-attivita’ li normalment tiġi mfakkra fil-15 t’Ottubru, fejn tkellimna mal-President tal-Għaqda Maltija ta’ Persuni Neqsin Mid-Dawl, Frans Tirchett li tkellem dwar l-għan ta’ din l-għaqda fejn stqarr din l-attivita’ tippromwovi l-għaqda tagħhom li taħdem ma’ persuni li huma neqsin mid-dawl.

Il-mixja tal-bastun l-abjad issir madwar id-dinja kollha u ilha tiġi organizzata mill-1964, li tfakkar u tiċċelebra s-suċċessi li persuni neqsin mid-dawl kisbu – bis-sinjifikat tal-bastun l-abjad li jagħmel lil persuni neqsin mid-dawl indipendenti.