Il-Partit Nazzjonalista jifraħ u jirringrazzja lill-membri tal-Korp tal-Pulizija li fis-sigħat li għaddew urew is-serjetà u l-qlubija tagħhom meta rnexxielhom jagħmlu l-akbar qabda ta’ droga f’pajjiżna. L-istqarrija tgħid li bla dubju ta’ xejn, din ma kienetx biċċa xogħol faċli, u kienet ħidma li ġġib magħha riskji kbar. Iżda l-Pulizija qalbiena tagħna wrew kemm fis-siegħa tal-prova, jistgħu jkunu hemm fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi.
Il-Partit Nazzjonalista jsellem u jirringrazzja wkoll lill-membri tar-Rapid Intervention Unit li sofrew xi ġrieħi wara li kienu strumentali biex jarrestaw persuni li huma suspettati li kienu nvoluti fis-serqa mill-ħanut tal-ġojjellerija f’Tigne. L-istqarrija ffirmata mill-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami t-temm tgħid li dawn ukoll poġġew ħajjithom f’riskju biex iwettqu xogħlhom bl-akbar serjetà.
//= $special ?>