Futbol Sport

It-tieni programm Replay Preview illejla fid-9.35pm fuq Net Television

Illejla fid-9.35pm fuq Net Television jixxandar it-tieni programm minn din is-sensiela ta’ Replay Preview. L-attenzjoni prinċipali tkun fuq il-logħbiet ta’ għada s-Sibt u l-Ħadd mill-Kampjonat Premier. Il-logħba tal-ġimgħa hi dik bejn Floriana u Balzan, b’ħarsa wkoll lejn il-logħbiet l-oħra, Mosta v St. Andrews, Gżira United v Ħamrun Spartans u Sliema Wanderers v Birkirkara.

Din il-ġimgħa se jkun hemm servizz speċjali fuq plejer individwali, bl-intervista ta’ din il-ġimgħa tkun mal-aqwa skorer tal-Kampjonat Premier, l-attakkant ta’ Gżira Amadou Samb. Ir-rokna x’sar minnhom? illum tlaqqana mal-eksplejer internazzjonali u ta’ Sliema Wanderers Jimmy Briffa.

L-eku tal-passat jerġa’ jirritorna f’Replay Preview. Fil-programm tal-lum, ħarsa lura lejn l-2005 bejn Birkirkara u Sliema Wanderers, b’intervisti mal-eksplejer ta’ Sliema Ivan Woods u l-ekskowċ ta’ Birkirkara Stephen Azzopardi.

Il-programm għandu produzzjoni ta’ Chris Micallef u preżentazzjoni ta’ Sarah Agius.