Internazzjonali

Uragan rari jhedded l-Ewropa

Hemm probabbiltà kbira li l-Ewropa tal-Punent tispiċċa affettwata minn uragan.
L-Uragan Ophelia, l-għaxar uragan fl-istaġun fir-reġjun tal-Atlantiku, u li jista’ jaqbad direzzjoni jgħaddi ħdejn Spanja u l-Portugall u imbagħad jagħmel impatt fl-Irlanda.
Il-bidliet fil-fenomenu għadhom possibbli, waqt li hu possibbli wkoll li l-maltemp jibqa’ ’l bogħod biżżejjed, lejn il-Punent mill-Irlanda, biex iħalli l-iċken impatt possibbli.
Jekk il-maltemp ta’ ‘Ophelia’ jolqot lill-Irlanda, hemm kull ċans li dan ma jagħmilx hekk bħala uragan. Minflok, il-maltemp jista’ javviċina bħala ‘maltempata qawwija extra-tropikali’ peress li jkun għadda minn fuq l-ibħra kesħin wisq biex isostnu sistema tropikali konvenzjonali.