Din is-sena, is-seba’ edizzjoni ta’ ŻiguŻajg, il-Festival tal-Arti għat-Tfal u ż-Żagħżagħ se jippreżenta xejn inqas minn ħamsa u għoxrin produzzjoni minn artisti Maltin kif ukoll dawk ta’ fama internazzjonali. Il-programm ta’ din is-sena se jinkludi elementi minn dixxiplini varji bħal ċirku, żfin, teatru, puppetry, film u l-arti viżiva.
Il-Manager tal-Festival Żigużajg Daniel Azzopardi qal li “Ninsab konvint li għal sena oħra ser inkunu qed neċċellaw bi programm varjat u għall-gosti ta’ ħafna.”
L-għan ewlieni ta’ ŻiguŻajg huwa li permezz ta’ produzzjonijiet mill-aqwa jkabbar l-interess tal-pubbliku fis-settur kreattiv. Il-Festival ta’ ŻiguŻajg se jittella’ f’diversi mkejjen fil-Belt Valletta bejn is-17 u s-26 ta’ Novembru bit-toroq jieħdu ħajja mhux tas-soltu u jilqgħu fihom eluf ta’ persuni li mistennija jattendu.
Puzzle, The Song of the Sea, and Aħn’aħwa jew m’aħniex? huma biss tlieta minn ħafna produzzjonijiet li se jiġu ppreżentati din is-sena.
Dan kollu hu garanzija li, għal sena oħra, il-festival ser ikun wieħed ta’ suċċess għall-pubbliku, speċjalment għat-tfal li ser ikunu mistiedna wkoll sabiex jieħdu sehem f’diversi attivitajiet li jkunu qegħdin iseħħu.
//= $special ?>