Il-Fondazzjoni Wirt Artna, b’kollaborazzjoni ma’ Heritage Malta u l-Arkivji Nazzjonali, qed ittella fiera ta’ kotba ta’ wirt storiku. Din il-fiera qed issir fis-sit storiku, Bieb Is-Sultan, jew Notre Dame Gate, fil-Birgu.
Din il-fiera ta’ kotba li ser tibqa għaddejja sal-Ħadd, hija parti mix-xogħol li għaddej fil-Birgu. Fost diversi kotba wieħed jista jsib kotba dwar l-istorja tal-militar, l-avvjazzjoni u l-istorja marittima u kotba dwar l-ewwel u t-tieni gwerra Dinija,
Waqt il-fiera ser ikun hemm ukoll kelliema li ser ikunu qed jagħtu taħdidiet fuq diversi aspetti tal-istorja.
Iċ-chairman tal-fondazzjoni, Mario Farrugia qal li din hija opportunità tajba għall-familja sabiex tibqa titfakkar l-istorja tagħna u ‘inkunu nafu iktar min fejn ġejna’.