Lokali

Imnedija Releaf: kampanja favur il-legalizzazzjoni tal-kannabis

Numru ta’ persuni minn diversi setturi tas-soċjeta’ nidew kampanja favur il-legalizzazzjoni tal-Marijuana. Il-kampanja Releaf ħarġet ukoll manifest li għandu bħala għan li l-Gvern jikkontrolla s-sistema li kienet deskritta minn Releaf bħala “tal-wild west”.

F’konferenza tal-aħbarijiet, Releaf qalu l-manifest wara snin twal ta’ politika falluta dwar id-droga fejn min juża l-kannabis jiffaċċja sanzjonijiet kriminali.

Bħalissa, hawn ċittadini Maltin li jkollhom jixtru mingħand traffikanti li jipprovaw iqabbduhom drogi iktar qawwijin filwaqt li oħrajn li jinqabdu b’kannabis għal użu mediċinali jew personali, jispiċċaw fil-Qrati u evetwalment anki l-ħabs u multa sostanzjali.

Il-Kampanja Relief qed tipproponi li l-eta’ minima biex wieħed jikkonsma kannabis tkun 21 sena filwaqt li cannabis għal użu mediċinali għandu jkun aċċessibbli permezz ta’ riċetta minn tabib.

Individwi għandhom jitħallew ikabbru sa sitt pjanti u jistgħu iġorru sa massimu ta’ 30 gramma.

Il-Kampanja qed tipproponi wkoll li jkun hemm stabbiliment liċenzjati li ma jistgħux ibiegħu iktar minn 5 grammi.

Preżenti għat-tnedija ta’ din il-kampanja kien hemm ukoll rappreżentanti tal-Alternattiva Demokratika li qed tappoġġja l-kampanja għall-legalizzazzjoni tal-kannabis.