Joshua Boyle qal li waqt li hu u familtu kienu miżmuma ostaġġi mit-Taliban, dawn stupraw lil martu u qatlulu lil bintu.
Boyle flimkien ma’ Caitlan Coleman (ritratt) kienu ilhom ħames snin ostaġġi tat-Taliban fl-Afganistan sakemm lejn tmiem il-ġimgħa kienu salvati f’rejd drammatiku minn truppi speċjali Pakistani appoġġjati mis-servizzi sigrieti Amerikani tul il-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Il-koppja kienu nqabdu priġuniera fl-2012 meta marru btala jimxu fiz-zoni remoti tal-Afganistan u dan meta Coleman kellha ħames xhur tqala. Fil-priġunerija l-koppja kellhom tlett itfal.
Mal-wasla tiegħu f’Toronto, Boyle fi stqarrija qasira lill-ġurnalisti qal li huma kienu marru hemm biex jagħtu għajnuna umanitarja f’zona fejn ħadd ma kien mar.
Boyle żvela wkoll li martu kienet spiċċat stuprata mill-militanti Iżlamiċi li ħatfuhom. Dan bi tpattija għal dak li qal kienet offerta li kienet qed isirlu minn dawk li ħatfuhom li iżda hu ma aċċettax.
Jakkuża lit-Talibani li qatlulu lil bintu


