Internazzjonali

Jiġġarraf ajruplan fil-Kosta tal-Avorju

Erba’ persuni mietu u sitta ndarbu wara li ġġarraf ajruplan tal-merkanzija tul bajja f’Abidjan, il-kapitali tal-Kosta tal-Avorju. L-ajruplan iġġarraf waqt l-inżul waqt maltempata kbira. L-ajruplan tal-Valan Air, kien tat-tip Antonov bl-sikrejjen u kien mikri mill-armata Franċiża. Il-mejta kienu kollha mill-Moldova filwaqt li l-midruba kienu kemm mill-Moldova kif ukoll Franza.